Kwarezimal huma helu tradizzjonali Malti li jissajru u jistaw jittieklu waqt ir-Randan.
X'Ghandek Bzonn:
Lamb Brand Pure Ground Almonds 500g
Lamb Brand Demerara Sugar 500g
Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 150g
Lamb Brand Mixed Spice 1 kuccarina
Lamb Brand Cinnamon nofs kuccarina
Lamb Brand Vanilla Powder nofs kuccarina
Abjad tal-bajd 4 jew 5 (jew ilma*)
Anizetta 3 imgharef
Kokotina 1 jew 2 imgharef
Ilma zahar 1 jew 2 imgharef (jekk trid)
Meraq u qoxra ta’ lumija
Qoxra mahkuka ta’ laringa
Qoxra mahkuka ta’ mandolina
Ghasel u lewz inkaljat u mqatta’ (ghall-wicc)
X'Ghandek Taghmel
Poggi l-ingredjenti kollha, barra l-abjad tal-bajd, l-ghasel u lewz imqatta’ f’bieqja jew skutella kbira u hallat kollox.
Habbat hafif l-abjad tal-bajd u bil-mod zid mat-tahlita biex tifforma “pasta”. Fuq pjanca jew landa catta poggi karti tal-ostji (rice paper) jew idlek il-pjanca bil-butir u roxx ftit dqiq. Ifforma bicciet mit-tahlita forma ta’ sigarri hoxnin u poggi fuq il-pjanca jew landa mhux vicin xulxin.
Iccatjalhom fuq, hallihom daqsxejn hoxnin.
Ahmi go forn li tkun diga sahhant: 350ºF / 180ºC jew Gas Mark 4 ghal 20 jew 25 minuta: mhux izjed.
Ohrog mill-forn u idlek bl-ghasel. Roxx il-lewz. Hallihom jikshu fuq wire rack.
*Nota: jekk tuza ilma minflok abjad tal-bajd, zid l-ilma bil-mod sakemm tifforma pasta. Jekk trid, tista’ tnaqqas miz-zokkor, pero taghmilx inqas minn 300g.