Il-Majjal huwa wiehed mill-ahjar lahmijiet li jista’ jintuza ghall-istuffat ghax jassorbi facilment it-toghma tal-bqija tal-ingredjenti. L-istuffat servut bil-hobz jaghmel ikla tajba ghal dawk ix-xhur ftit aktar kishin.
Isservi ikla ghal 4 - 6
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 60 minuta
Lamb Brand Cannellini Beans 100g
Lamb Brand Oregano 1 mgharfa
Lamb Brand Red Almonds kikkra inkaljati
Lamb Brand Fennel Seed 1 mgharfa
Lamb Brand Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Cooking Salt ghat-toghma
Majjal 1kg
Basal 3
Zunnarija 1/2 kg
Tewm 2-4 sinniet
Tadam Mqaxxar 2 bottijiet
Cumin 1 mgharfa
Zejt Vegetarjan
Kunserva
Xarrab il-fazola go kontenituri separati ghall-inqas 5 sighat u biddel l-ilma kull siegha, iktar ma thalli l-fazola tixxarrab iktar tirtab u ssir izjed malajr. Qatta’ l-majjal f’bicciet kwadri u nehhi x-xaham zejjed, itfa’ got-tagen maz-zejt jahraq u aqli sakemm isir minn barra. Nehhi mit-tagen u hallih joqghod. Fl-istess tagen aqli l-basal imqatta’, zunnarija u fl-ahhar itfa’ t-tewm u sajjar ghal madwar 10 minuti.
Zid il-hwawar, it-tadam shih u l-istokk tat-tigiega u hawwad kollox f’daqqa, waqt li tfarrak it-tadam. Zid il-majjal u l-kunserva li sservi biex taghqad iz-zalza, zid il-meraq tat-tadam li jkun baqa u l-fazola niexfa (cannellini beans). Fl-ahhar zid illewz u sajjar fil-forn msahhan fuq temperatura ta’ 350°C ghal madwar 30 minuta.