Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Pizza Vegetarjana

Din il-pizza hija semplici u delizzjuza ghax tqarmec minn barra u ratba minn gewwa. Apparti li hija tajba ghal vegetarjani ghanda ukoll anqas kaloriji minn pizez ohrajn.

Taghmel 1 pizza u jservu 2 porzjonijiet
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 55 minuta

Ghall-Ghagina:

Lamb Brand Deep Pan Pizza Mix 250g

Ilma 125ml, shun

Zejt taz-Zebbuga 10ml

Ghall-Mili:

Lamb Brand Basil 1 mgharfa

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Gobon Feta 200g

Brungiel 2, mqattghin slajsis

Basla 1, kbira mqattgha

Bzaru Ahmar 1, kbir imqatta’ crieki

Zejt taz-Zebbuga 2 mgharef

Ghall-Ghagina: Gharbel it-tahlita go skutella u zid maghha z-zejt u l-ilma. Ahdem b’idejk sakemm tifforma ghagina, iffurmaha f’ballun u halliha toqghod ghal ghaxar minuti f’post shun, mghottija b’sarvetta. Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bid-dqiq, halliha hxuna ta’ madwar 7mm. Uza dixx tal-gosti tieghek. Halliha toqghod f’post shun ghal madwar 20 minuta ohra.

Biex Taghmel il-Pizza Vegetarjana: Fuq tagen tal-grill, sahhan mgharfa zejt taz-zebbuga fuq nar gholi, u aqli l-brungiel, il-basal u l-bzar ahmar sakemm jirtabu ftit. Idlek l-ghagina bi ftit zejt taz-zebbuga u ghatti bil-brungiel, basal, bzar moqli u ferrex il-gobon feta fuq il-wicc. Itfa’ ftit bzar u melh ghall-gosti tieghek. Itfa’ ftit habaq u zejt taz-zebbuga. Sajjarha go forn ga msahhan fuq 220°C ghal kwarta. Aqta’ u servi.