Jekk thobb thallat ingredjenti tradizzjonali ma’ ohrajn godda, din irricetta toghgbok zgur. Hija tajba bhala ikla jew bhala appetizer.
Taghmel 1 pizza u sservi 2 porzjonijiet
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta
Ghall-Ghagina:
Lamb Brand Deep Pan Pizza Mix 250g
Ilma 125ml, shun
Zejt taz-Zebbuga 10ml
Ghall-Mili:
Lamb Brand Sesame Seeds 2 imgharef
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Perzut tad-Dundjan 12-il slajs
Gobon Gruyère 12-il slajs
Rikotta 200g
Spinaci Frisk 80g
Zejt taz-Zebbuga 2 mgharef
Ghall-Ghagina: Gharbel it-tahlita go skutella u zid maghha z-zejt u l-ilma. Ahdem b’idejk sakemm tifforma ghagina, iffurmaha f’ballun u halliha toqghod ghal ghaxar minuti f’post shun, mghottija b’sarvetta. Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bid-dqiq, halliha hxuna ta’ madwar 7mm u poggiha go dixx tond midluk bi ftit butir. Halliha toqghod f’post shun ghal madwar 20 minuta ohra.
Biex Taghmel il-Pizza Rustika: Idlek l-ghagina biz-zejt taz-zebbuga, ifrex is-slajsis tad-dundjan, u wara zid il-gobon gruyère. Hallat l-irkotta u l-ispinaci mqatta’ u ifrex mal-wicc. Irwi l-ghagina zejda fuq il-mili biex tghatti kwart tal-mili. Uza ftit bzar u melh ghat-toghma, itfa’ ftit zejt taz-zebbuga u l-gunglien (sesame seeds). Sajjarha go forn ga msahhan fuq 220°C ghal kwarta. Aqta’ f’bicciet u servi.