Din hija insalata ideali ghal buffet, b’toghmiet interessanti mhallta flimkien. Tista’ tipprepara din ir-ricetta minn qabel ghax tista’ tinzamm fil-frigg ghal bosta granet. Din ir-ricetta ideali biex tingarr barra mid-dar, hdejn il-bahar jew sahansitra biex tehodha fuq il-post tax-xoghol.
Taghmel 4 porzjonijiet
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 45 minuta
Lamb Brand Couscous 200g
Lamb Brand Chickpeas 200g
Lamb Brand Black Beans 200g
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Lamb Brand Kemmun Mithun ½ kuccarina
Stokk (jew Brodu) tal-haxix 325ml
Zejt taz-Zebbuga 45ml
Meraq tal-lumi 30ml
Hall Ahmar 5ml
Qarabaghli 2, mqatta’ rqiq
Bzar Ahmar 1, (mill-helu) mqatta’ u bla zerriegha
Kosbor Frisk 10g, mqatta’
Qamharrun 165g,
Xarrab ic-cicri u l-fazola sewda (separati) mil-lejl ta’ qabel jew ghal madwar 5 sighat. Saffi, lahlah u f’borom separati ghatti sew bl-ilma u sajjar sakemm jirtabu. F’borma fonda, fettah jaghli l-istokk jew il-brodu tal-haxix. Nehhi minn fuq in-nar u zid il-couscous. Ghatti sewwa u hallih joghqod ghal madwar 5 minuti. F’bieqja kbira, hallat flimkien iz-zejt taz-zebbuga, il-meraq tal-lumi, il-hall u l-kemmun.
Zid il-basal, il-bzar ahmar, il-kosbor (coriander), il-qamharrun (sweetcorn), iccicri u l-fazola. (Jekk tippreferi tista’ taqli l-basal u l-qarabaghli sakemm jirtabu). Hawwad sew kollox flimkien sakemm it-tahlita tithallat sewwa mal-hwawar.
Ghaddi l-couscous bil-furketta filwaqt li tfarrak xi bicciet kbar li jistghu jiffurmaw. Zid il-couscous mal-ingredjenti l-ohra u hawwad sewwa. Hawwar bil-melh u l-bzar u servi mill-ewwel jew poggi fil-frigg sakemm tasal biex isservih.