Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Insalata bil-Ghads u t-Tonn

Din l-ikla hija ghal dawk li ghandhom hajja mghaggla, facli biex taghmilha u ma tihux hin. Din ir-ricetta tipprovdilek in-nutrizzjoni kollha minghajr kaloriji zejda.

Taghmel 4 porzjonijiet kontorn jew 2 porzjonijiet ikla
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 25 minuta

Lamb Brand Green Lentils 200g

Lamb Brand Ground Black Pepper ½ kuccarina

Lamb Brand Ground Cumin ½ kuccarina

Lamb Brand Ground Coriander ½ kuccarina

Zejt taz-Zebbuga 3 kuccarini

Meraq tal-lumi 1 kuccarina

Wholegrain mustard 1 kuccarina

Tewm 1 sinna, mqattgha rqiqa

Basla 1, mqattgha rqiqa

Tadam 2, minghajr zerriegha u mqatta’ dadi

Tonn taz-Zejt 185g

Tursin jew Kosbor frisk

Lahlah sew l-ghads ahdar (green lentils), poggi f’kazzola, ghattih bl-ilma u sajru sakemm jirtab. Ipprepara d-dressing billi go recipjent thawwad flimkien iz-zejt, il-meraq tal-lumi, il-mustarda, it-tewm, it-trab tal-kemmun u l-kosbor midhun. Warrab fil-genb. Hallat flimkien il-basla mqattgha, it-tadam u l-ghads. Farrak ftit it-tonn taz-zejt u hallat mat-tahlita tal-basal, tadam u ghads. Ferrex it-tursin jew il-kosbor frisk fuq it-tahlita. Ferra’ d-dressing fuq l-insalata u hawwar bil-bzar midhun frisk u servi mill-ewwel.