Huwa mahsub li dan il-kejk origina fl-Amerika, beda jzid fil-popolarita’ fil-hamsinijiet u sar moda hafna fit-tmeninijiet. Il-frosting bil-gobon kremuz taghmlu aktar rikk u ghal min jiggosta toghma iktar helwa tista’ wkoll taqsam il-kejk min-nofs u tidlek bil-frosting.
Taghmel Landa Tonda ta’ 25cm
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 75 minuta
Ghall-Kejk:
Lamb Brand Self-Raising Flour 350g
Lamb Brand Brown Sugar 270g
Lamb Brand Golden or Black Raisins 100g, mqattghin
Lamb Brand Bicarbonate of Soda ½ kuccarina
Lamb Brand Mixed Spice 2 kuccarini
Lamb Brand Walnuts 120g, mqatta’
Zejt 230ml
Bajd 3
Karrotti 3, mahkuka (300g)
Ghall-Frosting:
Lamb Brand Icing Sugar 300g
Qoxra ta’ Lumija kuccarina, mahkuka
Gobon Kremuz 80g, mrattab
Meraq tal-Lumi mgharfa
Butir 30g
Biex Izzejjen:
Baby Carrots 8
Biex taghmel il-Kejk: Idlek il-landa bil-butir u iksi bil-karta tal-forn. Gharbel id-dqiq, Bicarbonate of Soda u mixed Spice. Habbat iz-zejt, iz-zokkor u l-bajd b’mixer tal-elettriku sakemm ikollok tahlita kremuza, zid il-karrotti, il-gewz u z-zbib (raisins) ftit ftit waqt li thallat bi speed baxx. Bil-mod il-mod zid it-tahlita tad-dqiq u hallat kollox sew. Ferra t-tahlita fil-landa li ppreparajt u ahmi f’forn imsahhan ghal 180°C ghal madwar 45 minuta. Ghatti bil-foil u erga’ ahmi ghalmadwar 15-il minuta ohra. Poggi l-kejk fuq gradilja biex joqghod u jibred sewwa.
Biex taghmel il-Frosting: Habbat l-ingredjenti kollha minbarra l-icing sugar b’furketta sakemm ikollok tahlita hafifa. Bil-mod il-mod zid l-icing sugar filwaqt li tkompli thabbat it-tahlita, ibqa’ zid l-icing sugar sakemm ikollok tahlita konsistenti.Idlek il-wicc bil-frosting u zejjen bi ftit mixed spice u baby carrots.