Dan l-ismoothie huwa tajjeb ghas-sahha u huwa ideali bhala ‘snack’ bejn ikla u ohra. Il-banana tghin biex taghtik konsistenza aktar rikka u kremuza li tinghogob zgur.
Isservi 10
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 50 minuta
Lamb Brand Oat Flakes 3 sa 4 mgharef
Lamb Brand Nutmeg ponta ta’ kuccarina
Hello Apple 100% Juice 100ml
Goldstar Dates 50g imqatta’
Tuffieha 1, mqaxxra u minghajr zerriegha
Banana 1, mqattgha
Yoghurt Plain 125ml, imkessah
Halib Xkumat jew tas-Soya 100ml
Ilma 236ml
Go kazzola poggi t-tamal, it-tuffieh u l-ilma. Zid maghhom il-hafur (oat flakes) u n-nocemuskata (nutmeg). Hallih jiftah jaghli, imbaghad hallih itektek fuq nar baxx ghal madwar 7 jew 10 minuti. Halli t-tahlita tiksah ftit u aghmilha go blender flimkien mal-bqija tal-ingredjenti u hawwad kollox sakemm tigi konsistenza kremuza.
Din it-tahlita kremuza tista’ taghmilha aktar mahlula skont il-gosti tieghek billi zzid halib jew meraq tat-tuffieh.