F’burdata romantika? Trid tipprepara xi haga helwa ghal dawk li thobb? Mela din hija r-ricetta ghalik, tajbin kif ukoll nutrittivi. Dawn il-gallettini forma ta’ qalb ghandhom zgur jintoghgbu minn kulhadd.
Taghmel 9
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 60 minuta
Lamb Brand Self Raising Flour 115g, maghrbul
Lamb Brand Castor Sugar 75g
Lamb Brand Oat Flakes 115g
Lamb Brand Hazelnuts 25g, inkaljati u mqattghin
Life Dried Apricots 100g, mqattghin
Butir mhux Mielah 115g u ftit iehor ghal mad-dixx
Ghasel 1 mgharfa
Go kazzola zghira poggi l-butir, iz-zokkor u l-ghasel. Sajjar fuq nar baxx, hawwad kultant hin sakemm jinhallu kemm il-butir kif ukoll iz-zokkor. Nehhi l-kazzola minn fuq in-nar.
Go skutella separata hawwad sew id-dqiq, l-oats u 75g berquq. Zid it-tahlita talghasel u hawwad bl-imgharfa sakemm tifforma ghagina. Aqsam l-ghagina f’9 blalen u poggihom direttament fuq il-karta tal-forn. B’kuccarina aghfas il-blalen go forma tal-gallettini ghal hxuna ta’ madwar nofs pulzier / 1cm. Ferrex il-berquq li fadal u il-gellewz u aghfashom fuq il-gallettini.
Sajjar go forn imsahhan fuq 170°C ghal madwar 20 minuta sakemm jigu lewn iddeheb u kemmxejn iqarmcu minn barra. Hallihom jikshu fuq il-karta tal-forn ghal 5 minuti, mbaghad poggihom fuq rack tal-hadid biex ikomplu jikshu.