Din hija ricetta popolari hafna f’bosta pajjizi tal-mediterran mill-Marokk, sal-Grecja u t-Turkija. Tista’ sservi bhala dip mal-pita bread, galletti jew selezzjoni ta’ haxix, bhal hjar u zkuk tal-karfus, tista’ wkoll tiddellek ma’ hobz frisk jew mixwi.
Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 40 minuta
Lamb Brand Dried Chickpeas 200gr
Lamb Brand Ground Cumin 1 ½ kuccarina
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Sweet Paprika ghat-tizjin
Tewm, 2 sinniet kbar
Zejt taz-Zebbuga 7 imgharef
Tahini Light 2½ imgharef
Meraq tal-Lumi 1 mgharfa
Xarrab ic-cicri (chickpeas) f’hafna ilma matul il-lejl. Nehhi l-ilma. Itfa’ c-cicri go borma kbira u ghatti kompletament b’ilma gdid. Sajjar ghal madwar siegha jew sakemm jirtab.
Zomm ftit mill-ilma tal-borma ghal aktar tard. Go food processor poggi t-Tahini u t-tewm, u hawwad ghal madwar 2 jew 3 minuti. Zid ic-cicri, u l-bqija tal-ingredjenti barra l-Paprika. Zid ftit mill-ilma li thalla mill-borma u erga hawwad sew. Poggi kollox go skutella, xerred ftit Paprika fil-wicc flimkien ma’ naqra zejt. Erfa’ fil-fridge sakemm jisserva.
Tista’ zzomm il-hummus go skutella maghluqa ghal madwar gimaghtejn fil-frigg. Zid nofs kuccarina bicarbonate of soda mac-cicri fil-borma, biex jghin l-irtubija waqt it-tisjir.