Il-gelat Semi Freddo hija dezerta popolari hafna, forsi mhux daqshekk komuni li nsajruha d-dar. Ghalhekk din ir-ricetta ha taghtikom opportunità li taghmlu din id-dezerta li ghalkemm tinvolvi naqra xoghol ma hi difficli xejn u hija ideali ghal xi okkazjoni.
Taghmel dixx 25cm tond
Isservi 12-il porzjon
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta
Biex taghmel Sponge:
Lamb Brand Sponge Mix 400g
Bajd 3
Ilma 80ml
Biex taghmel il-Gelat*:
Lamb Brand Chocolate
Ice Cream Mix 100g
Lamb Brand Vanilla
Ice Cream Mix 100g
Ilma 500ml, kiesah
Biex Izzejjen:
Lamb Brand Candied Peel 75g
Lamb Brand Chocolate Sprinkles ghat-tizjin
Life Granella 75g, gellewz imfarrak
Icam Chocolate 75g, mahkuka
Halib 200ml
Biex taghmel it-Topping Mix:
Lamb Brand Topping Mix 100g
Ilma 200ml, kiesah
*Aghzel it-toghma preferita tieghek, jista’ jintuza Lamb Brand Low Calorie Sugar Free Ice
Cream Mix.
Sajjar l-isponge skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett. Meta l-isponge tkun lesta halliha tiksah u pprepara l-gelat skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett. Qatta’ l-isponge fi flieli u iksi l-qiegh tad-dixx u mbaghad xarrbu bi ftit halib. Hallat nofs il-konfettura, nofs iccikkulata mahkuka u nofs il-granella mal-gelat tal-vanilla u ferra’ fuq l-isponge. Erga’ ghamel saff iehor flieli ta’ l-isponge u xarrab bi ftit halib iehor. Hallat l-kumplament tal-konfettura, cikkulata mahkuka u granella mal-gelat tac-cikkulata (halli ftit biex izzejjen il-wicc) u ferra’ l-gelat fuq l-isponge. Ghall-ahhar darba aghmel saff iehor sponge u xarrab bl-ahhar ftit halib. Iffriza sakemm jaghqad, biex tkun tista’ zzejnu.
Ipprepara t-topping mix skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett u bil-piping bag zejjen il-wicc ta’ l-isponge bi fjuretti zghar. Ferrex il-granella u l-frak tac-cikkulata li tkun hallejt. Dahhal fil-friza sakemm jibbies u ohorgu bejn kwarta u nofs siegha (skont it-temperatura tal-gurnata) qabel ma sservi.