Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Millerighe bil-Klamari u l-Buzbiez

Dan il-platt ghagin huwa ideali ghal dawk li jhobbu l-hut u li jridu t-toghma tal-frott tal-bahar pero m’ghandhomx il-hin ghaliha. Din irricetta hija facli u taghmilha malajr. Dan l-ghagin jista’ jisserva kemm bhala l-ewwel platt kif ukoll bhala t-tieni platt.

Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 75 minuta

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma

Fiorillo Millerighe 500g

Hello Orange Juice 6 mgharef

Klamari 700g

Stokk tal-Hut 150ml

Extra Virgin Olive Oil 120ml

Tewm 3 sinniet, mqaxxrin u mfarrkin

Karfus 3 zkuk, imqattghin fi hxuna ta’ ½” dajagonali

Basla tal-Buzbiez 1, kbira, mqattgha rqiqa

Weraq tal-Buzbiez 10g, mqattghin irqaq

Ixhet l-ghagin go ilma jaghli bil-melh, hawwad kultant hin. Hallih jaghli bil-mod, sakemm ikun ‘al dente’. Saffih, zid mieghu 2 mgharef zejt taz-zebbuga, hawwad u erfghu fil-frigg ghal uzu aktar tard.

Naddaf u ipprepara l-klamar billi tqattghu fi crieki wiesa’ ½” / 2cm. Poggih go passatur u lahlah sew taht ilma. Go tagen fuq nar medju zid l-istokk tal-hut u hallih jiftah jaghli, zid il-klamar, ghatti u sajjar ghal madwar minuta. Nehhi mittagen u hallih fil-genb ghal uzu aktar tard. Kompli sajjar l-istokk mikxuf sakemm jirriduci ghal daqs ta’ 3 mgharef.

Go skutella kbira, hawwad flimkien il-bqija taz-zejt, l-istokk, il-meraq tal-lumi u t-tewm. Zid l-ghagin, il-klamar, il-basla tal-buzbiez u l-weraq, il-karfus u ftit bzar u melh. Hawwad sew u servi f’temperatura normali.