Il-Pizza hija wahda mill-ikliet l-aktar popolari minn meta giet ivvintata. Din ir-ricetta toffri l-ikla favorita ta’ kulhadd b’idea differenti. Hija ideali bhala ikla ghat-tfal jew bhala appetizer ghal waqt xi festin.
Taghmel 1 pizza u jservu 2 porzjonijiet
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 60 minuta
Ghall-Ghagina:
Lamb Brand Deep Pan Pizza Mix 250g
Ilma 125ml, shun
Zejt taz-Zebbuga 10ml
Ghall-Mili:
Lamb Brand Sesame Seeds 2 imgharef
Lamb Brand Cooking Salt ghat-toghma
Life Sun Dried Tomatoes 8, mqattghin
Gobon Chedder 300g, mahkuk
Habaq Frisk 300g
Mozzarella 200g, mahkuk
Kurrat Frisk 200g
Bacon 6 slajsis, mqatta’
Zejt taz-Zebbuga 1 mgharfa
Ghall-Ghagina: Gharbel it-tahlita go skutella u zid maghha z-zejt u l-ilma. Ahdem b’idejk sakemm tifforma ghagina, iffurmaha f’ballun u halliha toqghod ghal 10 minuti f’post shun, mghottija b’sarvetta. Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bid-dqiq, halliha hxuna ta’ madwar 7mm u poggiha go dixx kwadru midluk bi ftit butir. Halliha toqghod f’post shun ghal madwar 20 minuta ohra.
Biex Taghmel il-Pizza Roti: Qatta’ u prepara l-ingredjenti. Ibda mill-weraq frisk tal-habaq, iksi l-ghagina imma halliha ftit mikxufa fit-tarf mad-dawra kollha. Wara zid il-mozzarella u l-gobon cheddar, u kompli ifrex il-bqija tal-ingredjenti. Irrombla l-ghagina forma ta’ zalzett, idlikha bi ftit zejt taz-zebbuga u itfa’ ftit melh ohxon u gunglien. Sajjarha go forn ga msahhan fuq 220°C ghal kwarta. Aqta’ f’bicciet ta’ wisgha 2”/ 5 cm u servi.