Din hija ricetta facli, normalment imsajra ghall-festa ta’ San Martin, fil-11 ta’ Novembru, pero tista’ tisserva s-sena kollha, specjalment ghal hin it-te’. Jekk tkun imqattgha f’porzjonijiet u pprezentata b’mod sabih, tista’ tkun rigal ideali.
Taghmel dixx ta’ 16cm x 28cm
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 55 minuta
Lamb Brand Self-Raising Flour 150g
Lamb Brand Castor Sugar 50g
Lamb Brand Hazelnuts 200g
Lamb Brand Walnuts 200g
Lamb Brand Golden Raisins 75g
Lamb Brand Candied Peel 50g
Turvasa Figs Garland (Tin) 130g, imqatta’
Persian Palm Dates (Tamal) 130g, imqatta’
Bajd 3, ifred l-abjad mill-isfar
Halib 3 imgharef
Sprej taz-Zejt
Sahhan il-forn 180°C jew Gas Mark 4. Sprejja dixx ta’ 16cm x 28cm. Go skutella habbat tajjeb l-abjad tal-bajd u z-zokkor u tellaghhom xkuma. Fi skutella ohra hallat id-dqiq mal-ingredjenti l-ohra minbarra l-isfar tal-bajd u l-halib. Hawwad sew b’imgharfa kbira tal-metall. Zid l-isfar tal-bajd u kompli hawwad. Itfa’ t-tahlita tal-frott ftit, ftit fl-abjad tal-bajd u z-zokkor u hawwad sew bl-imgharfa tal-metall halli ddahhal l-arja (folding). Zid il-halib u kompli hawwad. Poggi t-tahlita fid-dixx u ahmi ghal madwar 30 minuta. Ara li l-gellewz tal-wicc jihmar sew imma ma jinharaqx. Ohrog it-torta mill-forn u halliha tiksah fid-dixx qabel isservi.