Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Popcorn bil-Kannella u c-Cikkulata

 

Il-Popcorn huwa wiehed mill-aktar ‘snacks’ popolari, kemm ghazzghar kif ukoll ghall-kbar, specjalment waqt xi film jew c-cinema. Pero l-popcorn li jsir fic-cinema fih ammont sostanzjali ta’ kaloriji minhabba l-butir u l-melh li jintuza’. Din ir-ricetta ggib alternattiva aktar ezotika u aktar tajba ghas-sahha. Barra minn hekk il-popcorn tista’ taghmlu f’boroz biex tiehdu mieghek meta tohrog mat-tfal.

Taghmel 4
Hin ta' preparazzjoni: Madwar 5 sa 10 minuti

 

Lamb Brand Popcorn 60g

Lamb Brand Cinnamon Powder 1 ½ tbsp

Icam Melting Chocolate 150g

Zejt Vegetali 1 mgharfa

Sahhan iz-zejt go kazzola u zid il-korn, ghatti l-kazzola bl-ghatu u hallih ifaqqa’ sakemm jinfetah kollu. X’hin jieqaf it-tfaqqiegh, zvojta l-kazzola fuq parcmina.

Holl ic-cikkulata fuq borma bl-ilma jaghli (banju marija). Ifrex ic-cikkulata fuq il-popcorn u itfa’ l-kannella, hallih joqghod ghal ftit tal-hin billi tpoggih gol-frigg.