Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Irkotta, pizelli u Sultana

Torta tradizjonali Ghawxija li hija popolari mal-familja kollha. Tajba wkoll ghall-vegetarjani.

Isservi: 8  

Hin ta' preparazzjoni u tisjir:  madwar 90 minuta

 

X’Ghandek bzonn:

Ghall-ghagina  (madwar. 900g ghagina)

Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 500g

Lamb Brand Table Salt 1 kuccarina

Margerina 250g

Ilma kiesah 100ml

Bajda, 1 (ghal fuq it-torta)

 

Ghall-mili:

Lamb Brand Potato Mash 500g

Lamb Brand Lamb Whole Green Peas 200g

Lamb Brand Sultanas 180g

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Rikotta 1kg

Bajd 3, mhabbat

Ghall-ghagina 

Gharbel id-dqiq u zid il-melh ul-margerina mqatta’ bicciet u hawwad sew b’sikkina biex il margerina jitqatta’ sew. Zid l-ilma u aghgen sew sakemm jaghqad kollox. Ifrex ftit dqiq u iftah b’lembuba. Itwiha fi tlieta u erga’ iftahha.  Irrepeti dan il-process ghal tliet darbiet. Ghatti l-ghagina bi cling film u halliha toqghod ghal-madwar 15 – 30 minuta fil-frigg. Ohrogha mill-frigg madwar 20 minuta qabel ma tizaha. Iftah skont il-kobor li ghandek bzonn. Dejjem iftah l-ghagina b’lembuba billi timbotta f’direzzjoni wahda u tifqax il-bziezaq li jitilghu mill-ghagina. 

 

Ghall-mili:

Ahsel sew il-pizelli b’ilma frisk. F’borma zghira ghatti il-pizelli bl-ilma u sajjar fuq nar medju sakemm jirtab. Jista jkun li minn hin ghal iehor ikollok bzonn izzid ftit mishun biex il-pizelli ma jixxuttax. Meta jsir, saffi u halli jiksah.

Go kontejner fond prepara il-patata maxx (Potato Mash) skont l-istruzjonijiet ta’ fuq il-pakkett, zid l-irkotta, l-pizelli, s-sultanas, bajd, bzar u melh u hallat kollox flimkien.

Iftah l-ghagin skont id-daqs ta’ dixx u ghatti il-gnubijiet ukoll. Itfa t-tahlita tal-irkotta god-dixx u erga’ ghatti bl-ghagina. 

Iksi il-wicc ta;ghagina bil-bajd mhabbat, billi tuza pinzell, u bil-furketta niggez il-wicc biex ikun hemm minn fejn johrog il-fwar.

Sajjar gol-forn ga msahhan b’temperatura ta’ 200°C ghal madwar 45 minuta.