Insalata friska u nutrittiva hija l-ikla ideali ghal zminijiet aktar shan; ilfatt li din ir-ricetta tista’ tigi preparata minn qabel hija ideali bhala ikla ghal hdejn il-bahar.
Isservi 5
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta
Lamb Brand Chickpeas 200g
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Lamb Brand Oregano 10g
Che’ Pasta Lisce Grossi 500g
Basla 1 mqattgha
Zebbug 85g
Zejt taz-Zebbuga 30ml
Parmiggjan 40g, mahkuk
Hall Ahmar 60ml
Tursin Frisk ftit, mqatta’
Halli c-cicri (chickpeas) jixxarrbu ghal madwar 5 sighat jew matul il-lejl. Saffi mill-ilma taghhom, poggihom f’borma u gharraqhom sewwa f’ilma nadif u sajjar ghal 30 minuta. Saffihom u warrab fil-genb. Sajjar l-ghagin u hallih al dente skont il-pakkett. Saffih u lahlah taht ilma kiesah. Hallih jiksah sew jew poggih fil-frigg.
F’borma jew tagen fond sahhan ftit iz-zejt fuq nar medju. Zid iz-zebbug, ir-rignu, it-tursin, il-basla u c-cicri. Sajjar fuq nar baxx ghal madwar 20 minuta. Halli din it-tahlita tiksah sewwa. F’bieqja kbira, hallat l-ghagin mat-tahlita tac-cicri. Zid ilhall u l-gobon mahkuk u hawwar bil-melh u bzar kemm tiggosta. L-ahjar thalli l-insalata fil-frigg matul il-lejl qabel isservi.