Din ir-ricetta hija wahda li timlik sew u zzommok shun, b’hekk hi ideali ghax-xhur aktar keshin. Tista’ sserviha bhala l-ewwel platt, kif ukoll bhala t-tieni platt billi jkun naqra iktar imdaqqas. Din ir-ricetta hija aktar nutrittiva u ideali ghal vegetarjani minhabba il-fatt li jintuza l-ghads u l-qargha hamra flok laham. Din hija ricetta li tinghogob zgur minn kull membru tal-familja.
Isservi ikla ghal 4
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 sa 60 minuta
Kaloriji madwar 380 | Xaham 13 gramma
Lamb Brand Brown Lentils 200g
Lamb Brand Ground Ginger 1 kuccarina
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Fine Salt ghat-toghma
Che’ Pasta Fusilli Rigati/Penne 500g
Qargha Hamra 1 kg
Basla 1, kbira, mqattgha rqiqa
Tewm 2 sinniet, mghaffgin
Zejt Vegetali 4 mgharef
Tursin Frisk 2 mgharef, mqatta’
Black Bean Sauce 2 mgharef(mhux obbligatorju)
Meraq tal-Lumi ghat-toghma
Stokk Vegetali 235 ml
Gobon Mahkuk biex isservi
Lahlah l-ghads sew taht l-ilma kiesah. Poggih go borma ta’ daqs medju u imliha bl-ilma sakemm ikun madwar 5 centimetri iktar ‘il fuq mill-ghads. Fuq nar medju, sajjar ghal 20 minuta. Saffih u ressqu fil-genb biex jintuza’ aktar tard. Qaxxar u nehhi z-zerriegha mill-qargha hamra u qatta’ f’bicciet imdaqqsin. Sahhan iz-zejt go borma bil-qiegh ohxon, u sajjar il-basal sakemm jirtab. Zid it-tewm u l-ginger u hawwad ghal madwar minuta. Zid il-qargha hamra u sajjar sakemm il-bicciet isiru lewn id-deheb. Zid il-black bean sauce u l-ghads imsajjar.
Hawwad sew u zid l-istokk vegetali. Sajjar fuq nar baxx ghal madwar 20 minuta jew sakemm tirtab il-qargha hamra. Zid il-bzar u l-melh skond it-toghma, flimkien mat-tursin u l-meraq tal-lumi. Waqt li qed issir iz-zalza, imla borma kbira b’hames litri ilma u melh u ghatti sakemm jaghli. X’hin jaghli l-ilma, zid l-ghagin u hallih sakemm jerga’ jaghli. Sajjar fuq nar gholi ghal madwar 9 minuti, hawwad kull tant hin, sakemm isir l-ghagin, pero hallih al dente. Saffi sew f’passatur fis-sink. Servi l-ghagin biz-zalza, b’kontorn ta’ insalata bil-hass imhallat.