Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Strudel tat-Tuffieh

Din hija mod facli kif taghmel ir-ricetta tradizzjonali minn Vjenna, tal-istrudel tat-tuffieh. Hija ideali bhala xi haga tajba ghal hin it-te jew tista’ tkun servuta bhala dezerta specjali, bi scoop jew tnejn gelat tal-vanilla.

Taghmel 2 isservi 10
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta

Ghall-Ghagina

Lamb Brand Plain Flour 310g

Lamb Brand Self-Raising Flour 40g

Lamb Brand Castor Sugar 3 ½ tbsp

Butir bla Melh 185g, imqatta’ kwadri

Ilma Kiesah 100ml

Ghall-Mili:

Lamb Brand Black Raisins 100g

Lamb Brand Castor Sugar 4 tbsp

Lamb Brand Pure Ground Almonds 2 tbsp

Lamb Brand Soft Brown Sugar 2 tbsp

Lamb Brand Ground Cinnamon 1 tsp

Hello Orange Juice 30ml

Tuffieh Ahdar 4

Butir Bla Melh 30g

Ghasel 1 tbsp

Bajd 1, ftit imhabbta

 Ghall-Ghagina: Gharbel id-dqiq go skutella. Zid mieghu l-butir u hawwadhom b’idejk sakemm it-tahlita tiehu xehta ta’ frak tal-hobz. Zid iz-zokkor, hawwad sew u haffer hofra fic-centru. Zid hafna mill-ilma pero mhux kollu u hawwad sew sakemm taghqad it-tahlita. Zid il-bqija tal-ilma ftit ftit jekk ikun hemm bzonn. Ghaqqad l-ghagina flimkien fuq wicc bi ftit dqiq, aqsam fi tnejn, ghattiha bilplastik u erfaghha fil-frigg ghal madwar 20 minuta.

Ghall-Istrudel: Qaxxar it-tuffieh, nehhi z-zerriegha u qattghu irqiq. Sahhan il-butir go kazzola u sajjar it-tuffieh ghal madwar 2 minuti sakemm jiehdu lewn id-deheb. Zid il-meraq tal-laring, l-ghasel, iz-zokkor u z-zbib (raisins) u hawwad sakemm iz-zokkor jinhall kollu u t-tuffieh jirtab. Iftah il-blalen tal-ghagina f’2 forom kwadri u poggihom f’dixxijiet bi ftit butir. F’nofs kull ghagina poggi l-lewz imfarrak u t-tahlita tat-tuffieh. Idlek it-truf bil-bajd imhabbat u itwi l-ghagina biex tifforma strudel. Afghas it-truf flimkien sew biex jaghqdu. Poggi l-istrudel bit-truf ‘l isfel, iksi bil-bajda mhabbta u ferrex it-tahlita taz-zokkor u l-kannella fuq il-wicc. Taqqab il-wicc u sajjar fil-forn ga msahhan fuq 220°C ghal madwar 25-30 minuta jew sakemm l-ghagina tihmar.

 

Promo 1
Promo 2