Din hija ikla facli u ssir malajr, ghandha toghma bnina u tajba ghassahha. Jistghu jisservew bhala kontorn, kif ukoll bhal ikla ghaliha meta servuta ma’ insalata friska. Tista’ wkoll issajjar il-couscous fiz-zalza tattadam flok fl-istokk ghal toghma mhux tas-soltu.
4 bhala l-platt principali, 8-10 bhala kontorn
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 45 minuta
Lamb Brand Couscous 200g
Lamb Brand Oregano 1 kuccarina
Stokk tat-Tigieg jew tal-Haxix 500ml
Bzaru Ahmar 1 zghir, mqatta’
Kurrat 2, mqatta’ zghir
Basla Vjola 1 zghira, mqattgha
Zebbug Iswed 40g, mqatta’ zghir
Tewm 2-3 sinniet, mqatta’
Gobon Feta 50g, mfarrak
Bajd 2 kbar, abjad biss
Bajda 1 kbira
Meraq tal-Lumi 2 mgharef
Ghad-Dressing:
Yoghurt 125ml
Xibt Frisk
2 kuccarina, mqatta’ (jew niexef)
Meraq tal-Lumi 1 kuccarina
Tewm 1 sinna, mqattgha rqiqa
Go kazzola fuq nar gholi sahhan l-istokk sakemm jiftah jaghli, zid il-couscous. Nehhi minn fuq in-nar u hallih joqghod mghotti ghal madwar 5 jew 10 minuti jew sakemm il-couscous jassorbi l-ilma kollu. Hawwad il-couscous b’furketta u hallih jiksah. Jekk jista’ jkun thallihx jaghqad. Go ‘food processor’ ghaddi flimkien ilbzaru ahmar, il-kurrat, il-basla vjola, iz-zebbug iswed, it-tewm, ir-rignu u l-gobon feta. Go skutella hawwad it-tahlita tal-haxix u feta fimkien mal-couscous kiesah. Zid maghhom il-bajd u l-abjad tal-bajd flimkien mal-meraq tal-lumi u hawwad kollox f’daqqa.
Ifforma t-tahlita f’pulpetti u poggihom fuq dixx miksi bi ftit zejt, preferibilment ‘non stick’. Sajjar go forn ga msahhan fuq 200°C ghal madwar 20 minuta, dawwarhom darba meta jkun ghadda nofs il-hin. Fl-istess hin go skutella ohra, hawwad sew flimkien il-yoghurt, il-meraq tal-lumi, t-tewm u x-xibt. Servi l-pulpetti bid-dressing fuqhom.