Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Figolla Tradizzjonali

Il-Figolla hija d-dezerta tradizzjonali Maltija ghal zmien il-Ghid. Ghalkemm normalment jigu ppreparati fi zmien ir-Randan, dawn ma jittiklux qabel Hadd il-Ghid. Huwa mahsub li t-tradizzjoni tal-figolla tmur lura ghasseklu sittax, precizament fi zmien il-Kavallieri ta’ San Gwann. L-isem gie mehud mill-kelma mkissra Taljana ‘figura’ li tfisser ghamla (shape).

Taghmel 4
Hin ta' preparazzjoni u tisjir : Madwar 60 minuta

Biex Taghmel l-Ghagina:

Lamb Brand Self-raising Flour 800g

Lamb Brand Castor Sugar 300g

Margerina 300g

Bajd 4

Qoxra ta’ Lumija mahkuka

Trab tal-Vanilla 1 kuccarina

Melh ponta ta’ kuccarina

Biex Taghmel il-Mili:

Lamb Brand Pure jew Substitute

Ground Almonds 270g

Lamb Brand Castor Sugar 170g

Lamb Brand Icing Sugar 100g

Qoxra ta’ Lumija 1 kuccarina, mahkuka

Trab tal-Vanilla 1 kuccarina

Bajda 1

Biex Izzejjen:

Lamb Brand Icing Sugar 400g

Abjad tal-Bajd 2

Biex Izzejjen:

Meraq ta’ Lumija ½, friska

Bajda tac-Cikkulata 4

Ghall-Ghagina: Gharbel id-dqiq f’bieqja u hallat il-vanilla, iz-zokkor, il-margerina, il-melh u l-qoxra tal-lumija flimkien mad-dqiq mgharbul u l-bajd sakemm tifforma ghagina. Jekk hemm bzonn zid aktar ilma.

Ghall-Mili: Idecidi x’ser tuza’ lewz pur jew intrita. Hallat l-ingredjenti kollha flimkien sakemm ikollok paste fin. Biex taghmel il-Figolla: Iftah l-ghagina fuq wicc miksi bi ftit dqiq, aqta’ l-forma ta’ haruf (jew il-forma li tiggosta) u ifrex il-mili mal-ghagina filwaqt li thalli ftit nieqes mit-tarf. Iksi l-forma ta’ taht b’forma ohra bhalha. Ahmi f’forn imsahhan minn qabel ghal 170oC u sajjar ghal madwar 20 minuta. Halli l-figolla tiksah sewwa qabel ma tibda t-tizjin.

Ghat-Tizjin: Habbat l-abjad tal-bajd f’bieqja u zid il-meraq tal-lumi. Wara zid l-icing sugar mgharbul mat-tahlita tal-bajd sakemm ikollok l-icing fin. Ferra’ qatra jew tnejn tal-kulur favorit tieghek u hallat sakemm ikollok il-kulur mixtieq fl-icing. Iksi sewwa l-figolla bit-tahlita kkulurita u zejjen bil-bajda tac-cikkulata. Biex il-bajda tehel sewwa mal-figolla, aghmel ftit icing zejjed tahtha u aghfasha ftit biex toqghod.

Promo 1
Promo 2