Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Wholemeal Pan Cakes

Din ir-ricetta hija ideal bhala ikla delizzjuza ghat-tfal wara l-iskola kif ukoll bhala l-ikla ta’ filghodu jew dezerta ghall-familja kollha. Il-vantagg ta’ din ir-ricetta huwa l-fatt li permezz tad-dqiq ‘wholemeal’ u halib xkumat, ikun fiha inqas kaloriji mis-soltu, billi anke zzidilha mili bhala frott frisk jew ‘yogurt’. Izda min irid jista’ jzid ukoll gulepp, gamm jew gelat. Tista’ wkoll issajjar ammont sostanzjali ta’ dawn il-‘pan cakes’ u tiffrizahom ghal uzu aktar tard.

Taghmel 6 sa 8
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 15 minuta

Lamb Brand Wholemeal Flour 190g

Lamb Brand Castor Sugar 1 mgharfa

Lamb Brand Melh Ohxon 1 kuccarina

Lamb Brand Baking Powder 2¾ kuccarina

Bajda 1 kbira, mhabbta hafif

Halib Xkumat 300ml

Butir minghajr Melh 45g, mahlul

Zejt Vegetali 1 kuccarina

Go skutella kbira gharbel flimkien id-dqiq u l-baking powder. Zid iz-zokkor u l-melh u hawwad f’daqqa. Aghmel hofra fin-nofs u zid il-bajda, il-halib u l-butir mahlul u hawwad bil-kuccarun tal-injam.

Waqt li tkun qed thawwad tella’ kuccarun mit-tahlita u erga’ ferrghu lura. Dik il-ftit tahlita li tkun ferrajt lura, trid tibqa’ tidher fil-wicc ghal ftit sekondi qabel ma teghreq fil-kumplament tat-tahlita. Jekk din teghreq mill-ewwel trid izzid ftit dqiq biex it-tahlita taghqad, jekk dan jibqa’ fil-wicc, trid izzid ftit iehor halib. Sahhan tagen ta’ madwar 7” fuq nar bejn medju u gholi. Iksi t-tagen bi ftit zejt u zid daqs nofs kikkra mit-tahlita biex taghmel pan cake wahda. Sajjar ghal madwar 30 sekonda, aqlibha u sajjar ghal madwar 20 jew 30 sekonda ohra.

Halliha tibred u servi bi frott frisk, gulepp jew ukoll yoghurt.

Promo 1
Promo 2