Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Semi Freddo

Il-gelat Semi Freddo hija dezerta popolari hafna, forsi mhux daqshekk komuni li nsajruha d-dar. Ghalhekk din ir-ricetta ha taghtikom opportunità li taghmlu din id-dezerta li ghalkemm tinvolvi naqra xoghol ma hi difficli xejn u hija ideali ghal xi okkazjoni.

Taghmel dixx 25cm tond
Isservi 12-il porzjon 
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta

Biex taghmel Sponge:

Lamb Brand Sponge Mix 400g

Bajd 3

Ilma 80ml

Biex taghmel il-Gelat*:

Lamb Brand Chocolate

Ice Cream Mix 100g

Lamb Brand Vanilla

Ice Cream Mix 100g

Ilma 500ml, kiesah

Biex Izzejjen:

Lamb Brand Candied Peel 75g

Lamb Brand Chocolate Sprinkles ghat-tizjin

Life Granella 75g, gellewz imfarrak

Icam Chocolate 75g, mahkuka

Halib 200ml

Biex taghmel it-Topping Mix:

Lamb Brand Topping Mix 100g

Ilma 200ml, kiesah

*Aghzel it-toghma preferita tieghek, jista’ jintuza Lamb Brand Low Calorie Sugar Free Ice

Cream Mix.

Sajjar l-isponge skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett. Meta l-isponge tkun lesta halliha tiksah u pprepara l-gelat skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett. Qatta’ l-isponge fi flieli u iksi l-qiegh tad-dixx u mbaghad xarrbu bi ftit halib. Hallat nofs il-konfettura, nofs iccikkulata mahkuka u nofs il-granella mal-gelat tal-vanilla u ferra’ fuq l-isponge. Erga’ ghamel saff iehor flieli ta’ l-isponge u xarrab bi ftit halib iehor. Hallat l-kumplament tal-konfettura, cikkulata mahkuka u granella mal-gelat tac-cikkulata (halli ftit biex izzejjen il-wicc) u ferra’ l-gelat fuq l-isponge. Ghall-ahhar darba aghmel saff iehor sponge u xarrab bl-ahhar ftit halib. Iffriza sakemm jaghqad, biex tkun tista’ zzejnu.

Ipprepara t-topping mix skont il-metodu ta’ fuq il-pakkett u bil-piping bag zejjen il-wicc ta’ l-isponge bi fjuretti zghar. Ferrex il-granella u l-frak tac-cikkulata li tkun hallejt. Dahhal fil-friza sakemm jibbies u ohorgu bejn kwarta u nofs siegha (skont it-temperatura tal-gurnata) qabel ma sservi.

Promo 1
Promo 2