Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Zeppole di San Giuseppe

Din ir-ricetta tradizzjonali tmur lura ghas-sena 500 W.K fi zmien il-hakma tal-Imperu Ruman.

Madanakollu maz-zmien dawn iz-zeppoli bdew jigu iktar assocjati mal-festa ta’ San Guzepp.  

Huwa mifhum din ir-ricetta giet modifikata minn xi monastici fit-19-il seklu. Jibqa’ l-fatt li dawn iz-zeppoli huma delizzjuzi u bnini.

 

 

Hin ta’ preparazzjoni u tisjir: 50 minuta

Taghmel: 24 zeppole

 
 

X’ghandek bzonn

 

Ghall-panura:

Lamb Brand Flour ‘00’ 130g

Lamb Brand Fine Table Salt, ¼ kuccarina

Ilma, 235ml

Bajd, 3

Butir, 30g

 

Ghall-krema:

Lamb Brand Castor Sugar, 120g

Lamb Brand Flour ‘00’ (2 mgharef)

Halib, 470ml

Isfar tal-Bajd, 4

Qoxra tal-Lumija 1, mahkuka

 

Ghas-sajran u ghat-tizjin:

Lamb Brand Glaced Cherries, 12

Lamb Brand Icing Sugar (ghat-tizjin)

Zejt, 1Ltr

 

X’ghandek taghmel

 

Ghall-panura: 

Ferra l-ilma go kazzola, zid il-melh u l-butir u halli jaghli filwaqt li thawwad. 

Zid id-dqiq u hawwad sew sakemm it-tahlita tigi hafifa u ma tibqax tehel. 

Nehhi minn fuq in-nar u ferra t-tahlita go skutella biex tibred. 

Meta tkun birdet zid il-bajd wahda wahda u hawwad kollox sew flimkien. 

Kessah fil-frigg mill-inqas ghal 20 minuta.

 

Ghall-krema: 

Ferra l-halib go kazzola, zid il-qoxra tal-lumija mahkuka u halli jiftah jaghli.

Habbat il-bajd go skutella maz-zokkor u zid id-dqiq filwaqt li tibqa’ thawwad kollox sew.

Meta l-halib jibda’ jaghli, nehhi minn fuq in-nar u zid mieghu it-tahlita taz-zokkor bil-mod il-mod filwaqt li thawwad sakemm it-tahlita tigi hafifa u kremuza.

Fuq nar medju, ibqa’ hawwad il-krema sakemm taghqad. 

Meta tkun lesta, poggi l-krema go skutella, ghatti bil-cling film u halliha tibred. 

Ghatti l-iskutella tajjeb biex il-krema ma tibbisx u tifforma skorca fil-wicc.

Sakemm tistenna l-krema tiksah prepara iz-zeppoli.

 

Ghaz-Zeppoli: 

Poggi t-tahlita tal-panura go pastry bag u fforma blalen sakemm tkun uzajt it-tahlita kollha. 

Imla kazzola biz-zejt, sahhan fuq nar gholi u ibda aqli z-zeppoli. 

Meta jkunu smaru ftit, nehhihom miz-zejt u hallihom joqtru fuq sarvetta tal-karti sakemm jibirdu.

 

Ghall-mili: 

Meta z-zeppoli jkunu keshu bizzejjed, imla pastry bag bil-krema. 

Aqsam iz-zeppoli minn naha ta’ fuq, imlihom bi ftit krema u aghmel cirasa fuq il-krema. 

Ferrex ftit icing sugar fuq kollox u servi.

 

Minnflokk tghallihom dawn iz-zeppoli tista’ ssajarhom fil-forn ghal madwar 12-il minuta sakemm jismaru. 

Zejjen bl-istess procedura daqs li kieku gew moqlijin.

 

Promo 1
Promo 2