Din ir-ricetta vegetarjana iggiblek it-toghma bnina tar-ricetta Tradizzjonali Taljana tal-Pizza, pero b’xi haga mhux tas-soltu. L-uzu tal-pesto minflok zalza tad-tadam jipprovdilek toghma mhux tas-soltu.
Isservi 2 sa 3
Hin ta' preparazzjojni u tisjir: Madwar 60 minuta
Lamb Brand Deep Pan Pizza Mix 500g
Life Sun Dried Tomatoes 3, imqatta’
Pesto Genovese 4 mgharef
Tewm 2 sinniet, imqatta’ rqiq
Parmeggjan 3 imgharef, mahkuk
Bzaru Ahmar 1 nofs, mqatta’ strixxi
Bzaru Isfar 1 nofs, mqatta’ strixxi
Basla 1, mqattgha fit-tul
Zejt taz-Zebbuga 2 imgharef
Bzaru Ahmar 1, jekk trid
Qatta’ l-bzar ikkulurit u l-basla fit-tul u aqli fi ftit zejt kemm jirtabu ftit, mhux hafna. Ipprepara l-ghagina skond il-pakkett, iftahha u ifrixha go tilar tal-pizza. Tista’ taghmel ghagina baxxa jew gholja (deep pan) skont il-gosti tieghek.
Hallat il-pesto ma’ ftit zejt taz-zebbuga u idlek l-ghagina bit-tahlita tal-pesto bhal ma taghmel biz-zalza tat-tadam (pero taghmilx zalza tat-tadam). Ifrex it-tahlita tal-bzar u basal fuq l-ghagina bil-pesto, ferrex it-tewm mqatta’ rqiq, it-tadam imqadded u roxx il-gobon. Idhan ftit bzar frisk fuq kollox.
Sajjar fil-forn ga msahhan fuq 220?C ghal madwar 15-il minuta jew sakemm issir l-ghagina. Kif tohrog il-pizza, ferrex ftit zejt taz-zebbuga fil-wicc. Jekk thobbha ftit spicy, zid il-bzaru ahmar (chilli) mqatta’ rqiq mat-tahlita tal-bzar, qabel iddahhalha fil-forn.