Din ir-ricetta tipprovdilek il-lazanja tradizzjonali b’mod varjat. Fir-ricetta Taljana jintuza l-kapuljat tal-laham, izda f’din il-verzjoni nuzaw varjeta ta’ haxix minflok laham, li jaghmel din ir-ricetta iktar bnina u tajba ghal min hu vegetarjan.
Isservi 6
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 120 minuta
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Pastificio Bolognese Lasagna all’Uovo 9 folji
Sweet Potato 1, mqaxxra u mqattgha dadi
Bzaru Ahmar 1, daqs medju, maqsum f’erbgha
Bzaru Isfar 1, daqs medju, maqsum f’erbgha
Basla vjola 1, daqs medju, imqattgha flieli
Qarabaghli 1, daqs medju, mqatta f’bicciet imdaqqsa
Zejt ta’ Zebbuga 1 mgharfa
Tewm 6-8 sinniet, mithun
Rikotta 350g, mfarrka
Gobon Mozzarella 200g, mahkuk
Halib b’Livell Baxx ta’ Xaham 140ml
Gobon Parmiggjan 50g, mahkuk
Zalza tad-Tadam 350ml
Go skutella, hawwad il-haxix u z-zejt taz-zebbuga. Zid il-bzar u l-melh ghattoghma. Ifrex it-tahlita go dixx u sajjar go forn msahhan fuq 200°C ghal madwar 20 minuta jew sakemm il-haxix jirtab. Nehhi mill-forn u hallih joqghod. Naqqas ittemperatura tal-forn ghal 180°C. Go skutella ohra hawwad l-irkotta, il-mozzarella u 80ml halib u nofs il-parmiggjan. Go skutella ohra hallat iz-zalza tat-tadam u l-halib.
Ferra ftit zalza tad-tadam fil-qiegh tad-dixx, poggi saff lasagna u ferrex nofs ittahlita tal-haxix u nofs dik tal-gobon. Poggi saff lasagna iehor u rrepeti saffi kif ghamilt qabel, bil-bqija tal-haxix, tal-gobon u taz-zalza. Spicca bil-bqija taz-zalza tat-tadam u l-bqija tal-parmiggjan. Sajjar mikxuf ghal madwar 30 minuta jew sakemm issir kollha. Serviha tahraq.