Din il-crostata tal-haxix hija l-ikla ideali ghall-familja, specjalment ghal dawk li huma vegetarjani. Din l-ikla hija tajba hafna meta tkun servuta shuna, pero hija tajba ukoll bhala ikla hafifa waqt xi gurnata fil-kampanja.
Isservi ikla ghal 4
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 90 minuta
Lamb Brand Red Kidney Beans 100g
Lamb Brand Semolina 25g
Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma
Lamb Brand Table Salt ghat-toghma
Lamb Brand Oregano 1 kuccarina
Brungiel 500g, imqatta’ f’kaxxi
Bzaru Ahmar 1, mqatta’
Zejt taz-Zebbuga 2 mgharef
Basla 1 kbira, mqattgha
Qarabaghli 1 zghir, mqatta’
Tewm 2 sinniet, mfarrak
Zebbug Iswed 115g, mlahlah
Passata tat-Tadam 375g
Bajd 1, mhabbta
Ghall-ghagina:
Lamb Brand Auntie’s Mix 75g
Lamb Brand Wholemeal Flour 75g
Margerina 75g
Parmiggjan Frisk 50g, mahkuk
Xarrab il-fazola matul il-lejl, lahlahha, u sajjar fl-ilma ghal madwar 30 minuta jew sakemm tirtab. Sahhan il-forn fuq 220°C. Gharbel id-dqiq kollu go skutella kbira. Zid maghhom il-margerina sakemm jiffurmaw frak tal-hobz, zid maghhom il-parmiggjan. Zid 75ml ilma sakemm tifforma ghagina. Ahdem l-ghagina fuq wicc bi ftit dqiq, ifforma f’ballun, ghatti bi ‘stretch and seal’ u poggiha fil-frigg ghal madwar 30 minuta. Poggi l-brungiel f’passatur, u zid mieghu l-melh, u hallih joqghod ghal 30 minuta. Lahlah mill-melh u nixfu. Sahhan iz-zejt go tagen kbir u aqli l-basal ghal 5 minuti. Zid il-brungiel u l-bzar ahmar u aqli sakemm jirtabu. Zid il-qarabaghli, it-tewm u r-rignu, hawwad il-hin kollu.
Zid il-fazola, iz-zebbug u l-passata. Zid il-bzar u l-melh u sajjar sakemm tkun sahnet it-tahlita kollha, mbaghad halliha toqghod sakemm tiksah. Iftah l-ghagina f’dawra tonda ta’ madwar 12” / 30cm fuq wicc bi ftit dqiq. Poggiha go dixx midluk bi ftit zejt. Idlek b’bajda mhabbta, u ifrex ftit semolina. Halli madwar 1½” / 4cm bordura mikxufa u imla l-bqija bit-tahlita. Ghatti t-tahlita bil-bordura tal-ghagina li hallejt mikxufa, idlek bil-bqija tal-bajd imhabbat u sajjar ghal madwar 30-35 minuta, sakemm tigi lewn id-deheb.