Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Sorbet bi Frott Frisk tal-Istagun

Is-Sorbet hija dezerta ffrizata maghmula minn ilma, zokkor fin u meraq tal-frott. Normalment, is-sorbet jkun aktar artab mill-gelat. Hafna drabi, jkollu wkoll livell baxx ta’ xahmijiet minn dezerti ohrajn, minhabba li hu maghmul bl-ilma flok bil-halib. Is-sorbet jista’ jittiehed kemm bhala dezerta u kif ukoll bejn l-ewwel u t-tieni platt biex jelimina xi toghmiet qawwija.

Taghmel 8 porzjonijiet
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 30 minuta

Lamb Brand Castor Sugar* 400g

Frott Frisk 550ml, meraq (frott tal-ghazla tieghek)

Ilma 550ml

Naghniegh ftit weraq biex izzejjen

* Jekk tuza’ frott helu bhall-bettieh tista’ tnaqqas l-ammont taz-zokkor.

Hallat il-Castor Sugar mal-ilma u ghalli ghal madwar 5 minuti u mbaghad hallih jiksah. Qatta’ l-frott u ghasar bi blender jew juicer sakemm ikollok 550ml. Hallat il-meraq tal-frott flimkien mat-tahlita tal-castor sugar kiesha. Ferra’ f’dixx baxx, ghatti bil-foil u ffriza ghal madwar 3 jew 4 sighat jew sakemm kwazi taghqad. Wara erga’ kisser bi blender u erga’ ffriza ghal 3 sighat ohra, irrepeti dan il-process ghal darbtejn ohra. 15-il minuta qabel ma sservi ohrog mill-friza u poggi fil-frigg, imbaghad servi bi scooper go tazzi tas-sorbet u zejjen b’werqa naghniegha.

Promo 1
Promo 2