Din ir-ricetta hija alternattiva ghall-mili aktar tradizzjonali. Permezz taccicri, l-passolina u l-bqija tal-ingredjenti friski, din ir-ricetta hija tajba ferm ghas-sahha minhabba l-ammont zghir ta’ kaloriji u hi ideali ghal min hu vegetarjan.
Isservi ikla ghal 3
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 120 minuta
Lamb Brand Currants (Passolina) ¼ kikkra
Lamb Brand Cicri kikkra
Lamb Brand Couscous ¾ kikkra
Lamb Brand Kemmun 2 kuccarini
Lamb Brand Melh Ohxon ghat-toghma
Lamb Brand Bzar Midhun ghat-toghma
Bzar Ahmar u Isfar 6
Feta Cheese ½ kikkra
Spinaci Frisk kikkra
Basla Kbira mqattgha roti hoxnin
Zejt taz-Zebbuga 2 jew 3 imgharef
Ilma 1 ½ kikkra
Xarrab ic-cicri matul il-lejl jew almenu ghal 5 sighat. Ghalli c-cicri f’ilma frisk sakemm jirtab. Ghalli l-ilma u itfa’ go kontenitur, zid il-couscous, hawwad sew, ghattih u hallih joqghod ghal madwar 5 minuti. Aqta’ l-bicca ta’ fuq tal-bzar u naddfu sew minn gewwa.
Go skutella qieghed il-couscous imsajjar u zid il-cumin mal-couscous li preparajt u hawwad sew biex tinxtered it-toghma u l-couscous jiehu l-kulur. Zid ic-cicri, passolina u spinaci u hawwad kollox.
B’idejk farrak il-feta cheese, u zidu mat-tahlita. Warrab ftit minnu biex tuzah aktar tard. Imla’ il-bzar bit-tahlita u poggi bicca feta cheese fil-wicc ta’ kull bzaru. Zid ukoll qatra zejt fuq kull wiehed. Go dixx qieghed il-basal imqatta’ fil-qiegh u poggi l-bzar mimli fuqu. Sajjar go forn ga msahhan fuq 350°C ghal madwar 45 minuta.