Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Torta tal-Ispinaci

It-torta tal-ispinaci hija wahda mir-ricetti favoriti ta’ hafna, nsibuha wkoll f’numru ta’ stabilimenti tal-ikel, imma dik tad-dar dejjem tibqa’ ‘tad-dar’. Hija ricetta facli hafna biex taghmilha ghalkemm tista’ tiehu ftit tal-hin. Hija wkoll ricetta ideali biex tissajjar minn qabel u tista’ tiffrizaha ghal diversi gimghat.

Isservi ghal 6 porzjonijiet ghall-ikel, 15 ghall-festin
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 120 minuta

Ghall-Ghagina tat-Torti:

Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 800g

Lamb Brand Table Salt 1/2 kuccarina

Butir 400g

Ilma kiesah 230ml

Zejt taz-Zebbuga 3 imgharef

Ghall-Mili:

Lamb Brand Split / Whole Peas 200g

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Basil 1 kuccarina

Lamb Brand Mint 1 kuccarina

Lamb Brand Sesame Seeds 3 kuccarini

Tonn taz-Zejt 1 landa

Kappar 1 kuccarina

Basla 2 kbar

Zebbug 100g, mqatta’

Spinaci 1.6kg, frisk jew tal-friza

Incova 2 laned

Ahsel sew il-pizelli u sajjar fuq nar baxx ghal madwar siegha, sakemm jirtab sew mbaghad ghaffigha sew b’furketta. Gharbel id-dqiq go bowl u zid il-melh. Zid l-ilma u z-zejt bil-mod u hawwad sakemm l-ghagina tibda taghqad. Ghalli l-ispinaci u ghasru mill-ilma. Qatta’ l-basal irqiq u aqlieh fiz-zejt taz-zebbuga, zid il-hwawar, iz-zebbug, l-ispinaci, it-tonn u aqli kollox f’salt ghal ftit minuti. Waddab l-incova u l-pizelli fit-tahlita u sajjar ghal ftit minuti.

Iftah l-ghagina rqiqa u poggiha fil-qiegh tad-dixx baxx. Aqleb it-tahlita u erga’ ghatti l-wicc bl-ghagina. Niggez l-wicc tal-ghagina b’furketta biex ikun hemm minn fejn johrog il-fwar. Ferrex iz-zerriegha tal-gunglien (sesame seeds) fuq ilwicc u sajjar gol-forn b’temperatura ta’ 200°C ghal madwar nofs siegha.

Promo 1
Promo 2