Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Marzipan u Icing Sugar Paste

Il-Marzipan jintuza fit-tisjir kif ukoll bhala kisi jew mili ta’ kejkijiet; jidher sabih meta jigi mizjud bil-kulur biex tifforma tizjin jew figurini ghal kejkijiet, kif ukoll biex timla xi frott bhal tamal. Alternattiva ghal marzipan hu l-icing sugar paste li huwa ideal ghal dawk li huma allergici ghal-lewz. Fil-kejkijiet tal-frott pero l-uzanza hi li l-ewwel jitpogga saff marzipan umbad jinkesa kollox bix-‘sugar paste’.

Isservi 10
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 50 minuta 

MARZIPAN

Lamb Brand Pure Ground Almonds 230g

Lamb Brand Icing Sugar 230g

Lamb Brand Table Salt ½ kuccarina

Bajd 2 abjad

Gulepp biex trattab il-marzipan

jekk hemm bzonn

Food Colouring jekk trid

Sugar Paste

Lamb Brand Icing Sugar 1000g

Lamb Brand Corn Flour ftit

Ilma 6 mgharef

Gelatina 6 kuccarini

Glukosju Likwidu 2 mgharef

Gum Tragacanth (Gum Arabia) 2 mgharef

Glicerina 2 mgharef

 

Marzipan: Ghaqqad l-ingredjenti kolla f’daqqa bhalli kieku ghagina sakemm il-konsistenza tigi lixxa u mghaquda, ghalaqa go kontenitur bla arja jew fil-plastik u halliha toqoghod matul il-lejl. Jekk il-marzipan jigi iebes zid ammonti zghar ta’ gulepp, jew jekk il-konsistenza tkun ghada ratba wisq zid ftit ‘icing sugar’ sakemm tilhaq il-konsistenza mixtieqa. Jekk tixtieq tghati il-kulur lil marzipan, tista taqsam it-tahlita fi kwantitajiet ta’ kemm trid kuluri. Zid il-kulur li trid u ahdem il-marzipan sew sakemm il-kulur jihu minn kullimkien.

Sugar Paste: Poggi l-ilma go kazzola fuq nar baxx, u zid il-gelatina, hawwad sakemm il-gelatina tinhall. Thallihx jghali. Nehhi minn fuq in-nar, zid il-likwidu glukosju, glicerina u il- ‘gum arabia’ u halli it-tahlita tiksah ftit. Poggi l-‘icing sugar’ go skutella, u ghamel hofra fin-nofs, zid il-likwidu ftit ftit, u hawwad bl-imgharfa. Meta it-tahlita tigi wisq iebsa biex thawwad, ghagen it-tahlita b’idek. Iftah it-tahlita fuq wicc miksi bi ftit trab tal-‘icing sugar’, kompli ghagen it-tahlita sakemm tigi konsistenza lixxa, mghaquda imma li tista tigi iffurmata kif tixtieq.

 

Promo 1
Promo 2