F’din ir-ricetta jintuza zejt minflok butir jew margerina. B’hekk huwa baxx fil-kolesterol u tajjeb ghas-sahha aktar minn kejkijiet tal-frott ohra. Dejjem kul b’moderazzjoni.
Taghmel Landa ta’ 24cm.
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 125 minuta
Lamb Brand Self-Raising Flour 500g
Lamb Brand Brown Sugar 50g
Lamb Brand Sultanas 200g
Lamb Brand Golden Raisins 200g
Lamb Brand Black Raisins 200g
Lamb Brand Glace Cherries 150g
Lamb Brand Mixed Spice 1 kuccarina
Lamb Brand Candied Peel 150g,mqattgha
Lamb Brand Table Salt ¼ kuccarina
Zejt Vegetali jew tal-Fjura tax-Xemx 180ml
Bajd 2
Halib 3 jew 4 imgharef
Ilma 500ml
Sahhan il-forn minn qabel ghal 180?C (Gas Mark 4). Iksi l-landa tal-kejk bil-karta strazza. Poggi l-frott (Sultanas u Raisins) go kazzola flimkien mal-mixed spice u l-ilma. Fettah jaghli u sajjar ghal minuta. Nehhi minn fuq in-nar u halli kollox jibred sew. Gharbel id-dqiq u l-melh f’bieqja. F’bieqja ohra poggi l-bajd, iz-zokkor u z-zejt u hallat sewwa ghal madwar 2 minuti b’mixer. Hallat flimkien id-dqiq u l-frott bil-likwidu b’kollox b’imgharfa tal-metall. Importanti li l-frott ikun kesah sew qabel ma thalltu mad-dqiq. Zid it-tahlita taz-zejt, bajd u zokkor kif ukoll ftit millhalib.
Zid ic-cirasa (Glace Cherries) u l-konfettura (Candied Peel) u hawwad sew. Il-konsistenza tat-tahlita trid tkun soda imma mhux iebsa. Trid tkun tista’ tigbor it-tahlita b’imgharfa u taqa’ wara 5 sekondi minghajr ma ccaqlaq l-imgharfa. Jekk iddum aktar, mela zid ftit aktar halib u hawwad sewwa. Poggi t-tahlita fil-landa tal-kejk u llixxa l-wicc. Ahmi ghal madwar 40 minuta. Baxxi t-temperatura tal-forn ghal 150?C (Gas Mark 2) u sajjar ghal 45 minuta ohra. Biex tara jekk il-kejk sarx, dahhal sikkina jew skewer fin-nofs u trid tohrog nadifa. Jekk ghadu ma sarx, sajjar ghal madwar 10 minuti ohra (jiddependi missahha u t-tip ta’ forn). Halli l-kejk jiksah sewwa qabel ma sservih. Tista’ zzejnu bl-icing sugar mgharbul jew lewz inkaljat jew isservih plejn.