Din l-ikla hija ghal dawk li ghandhom hajja mghaggla, facli biex taghmilha u ma tihux hin. Din ir-ricetta tipprovdilek in-nutrizzjoni kollha minghajr kaloriji zejda.
Taghmel 4 porzjonijiet kontorn jew 2 porzjonijiet ikla
Hin ta' preparazzjoni u tisjir: Madwar 25 minuta
Lamb Brand Green Lentils 200g
Lamb Brand Ground Black Pepper ½ kuccarina
Lamb Brand Ground Cumin ½ kuccarina
Lamb Brand Ground Coriander ½ kuccarina
Zejt taz-Zebbuga 3 kuccarini
Meraq tal-lumi 1 kuccarina
Wholegrain mustard 1 kuccarina
Tewm 1 sinna, mqattgha rqiqa
Basla 1, mqattgha rqiqa
Tadam 2, minghajr zerriegha u mqatta’ dadi
Tonn taz-Zejt 185g
Tursin jew Kosbor frisk
Lahlah sew l-ghads ahdar (green lentils), poggi f’kazzola, ghattih bl-ilma u sajru sakemm jirtab. Ipprepara d-dressing billi go recipjent thawwad flimkien iz-zejt, il-meraq tal-lumi, il-mustarda, it-tewm, it-trab tal-kemmun u l-kosbor midhun. Warrab fil-genb. Hallat flimkien il-basla mqattgha, it-tadam u l-ghads. Farrak ftit it-tonn taz-zejt u hallat mat-tahlita tal-basal, tadam u ghads. Ferrex it-tursin jew il-kosbor frisk fuq it-tahlita. Ferra’ d-dressing fuq l-insalata u hawwar bil-bzar midhun frisk u servi mill-ewwel.