Nature Line Ltd
  
View Shopping Bag
Online Shopping Available
Timpana Tradizzjonali

Din ir-ricetta tradizzjonali hija popolari hafna ghat-toghma partikolari taghha. Jista’ jkun li fiha ftit xoghol, specjalment jekk tiddeciedi li taghmel l-ghagina mill-bidu, izda r-rizultat jitkellem wahdu. It-timpana hija ideali meta trid tipprepara l-ikla minn qabel. Imbaghad tista’ ssahhanha biex tehodha bhala ikla jew inkella bhala appetizer waqt xi okkazjoni. Tista’ wkoll tkun l-ikla li tiehu mieghek meta tmur gurnata fil-kampanja jew il-bahar.

Isservi ghal 4 porzjonijiet ghall-ikel, 20 ghall-festin
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 180 minuta

 

Ghall-Ghagina Sfiljurata:

Lamb Brand Auntie’s Mix Flour 500g

Lamb Brand Table Salt 1 kuccarina

Margerina 200g

Ilma kiesah 100ml

Ghall-Mili:

Lamb Brand Table Salt ghat-toghma

Lamb Brand Ground Black Pepper ghat-toghma

Lamb Brand Curry 1 kuccarina

Che’ Pasta Elicoidali Lunghi 500g

Kapuljat 500g (canga jew majjal)

Basla 1 kbira

Kunserva 2 imgharef

Zalza tad-Tadam 250g

Parmeggan 4 mgharef, mahkuk

Bajd 5, mhabbat

Zejt taz-Zebbuga ftit, biex taqli

 

Ghall-Ghagina Sfiljurata: Gharbel id-dqiq u zid il-melh u l-margerina imqatta’ bicciet u hawwad sew b’sikkina biex il-margerina jitqatta’ sew. Zid l-ilma u aghgen sew sakemm jaghqad kollox. Ifrex ftit dqiq u iftah b’lembuba, itwi fi tlieta u erga’ iftah. Irrepeti dan il-process ghal tliet darbiet ohra. Ghatti l-ghagina bi cling film u halliha toghqod ghal madwar 15 - 30 minuta fil-frigg, ohrogha mill-frigg madwar 20 minuta qabel ma tuzaha. Iftah skont il-kobor li ghandek bzonn. Dejjem iftah l-ghagina b’lembuba billi timbotta f’direzzjoni wahda u tifqax il-bziezaq li jitilghu mill-ghagina.

Ghall-Mili: Qalli l-basla sakemm tihmar go tagen b’naqra zejt taz-zebbuga, zid il-kapuljat, melh u bzar u qalleb it-tahlita ghal 15-il minuta. Zid iz-zalza tat-tadam, il-kunserva u ftit ilma u halli t-tahlita ttektek fuq in-nar ghal kwazi siegha. Ghalli l-ghagin go borma bl-ilma bi ftit melh ghal madwar 10 minuti. Saffi l-ghagin mill-ilma u xarrbu b’ilma kiesah, biex ma jehilx ma’ xulxin. Itfa’ l-ghagin go tagen u hawwad iz-zalza u l-bajd flimkien, itfa’ l-gobon, bzar u melh (halli ftit bajd ghal wicc) u hawwad kollox sewwa. Iftah l-ghagina sfiljurata skont id-daqs tad-dixx, aqleb l-ghagin god-dixx u ghatti l-wicc bl-ghagina sfiljurata u idlek il-wicc bil-kumplament tal-bajd biex l-ghagina tiehu kulur u toghma. Poggi d-dixx fil-forn ghal siegha fuq temperatura ta’ bejn 180?C u 200?C.

Promo 1
Promo 2