Din l-ikla hija ideali ghal dawk li ma jkollhomx hafna hin u jridu jsajru xi haga ta’ malajr. Din ir-ricetta tajba u facli biex taghmilha u tipprovdilek in-nutrijenti li ghandek bzonn minghajr dawk il-kaloriji zejda.
Isservi 4
Hin ta' tisjir u preparazzjoni: Madwar 30 minuta
Lamb Brand Couscous 400g
Lamb Brand Red Kidney Beans 200g
Lamb Brand Ground Black Pepper ½ kuccarina
Lamb Brand Table Salt ½ kuccarina
Lamb Brand Oregano ½ kuccarina
Bzaru Ahdar jew Ahmar 1, mqatta’
Tadam Zghir (cherry tomatoes) 1½ kikkra, maqsum min-nofs
Gbejniet Bojod 2, mqattghin
Tewm 1 sinna, mqattgha
Basla 1, mqattgha
Zebbug Iswed jew Ahdar ½ kikkra, bl-ghadma mnehhija u mqattgha
Zejt taz-Zebbuga 1 mgharfa
Stokk Vegetali jew tat-Tigieg 500ml, shun
Xarrab il-fazola (red kidney beans) mil-lejl ta’ qabel jew ghal 5 sighat. Biddel l-ilma u sajjar sakemm il-fazola tirtab. F’tagen kbir, sahhan iz-zejt fuq nar medju. Zid il-basal u t-tewm u sajjar ftit, sakemm tirtab il-basla, hawwad kultant. Zid ilbzar mqatta’ u kompli sajjar ghal madwar 5 jew 8 minuti. Zid it-tadam, il-fazola, l-melh, il-bzar u r-rignu (oregano). Imbaghad zid iz-zebbug u l-couscous u kompli hawwad sakemm jithallat kollox sew flimkien. Ferra’ l-istokk vegetali jew tat-tigieg, zid il-bicciet tal-gbejna fil-wicc.
Nehhi minn fuq in-nar, ghatti sewwa u halli ghal madwar 5 minuti jew sakemm ilcouscous jassorbi l-istokk kollu. Qabel ma sservi qalleb ftit il-couscous b’furketta. Jista’ jigi servut kemm shun kif ukoll kiesah.